Charles Mangion

PQ – kwestjoni dwar drone

May 9, 2012CharlesBlogComments Off on PQ – kwestjoni dwar drone

Leġislatura XI
Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 34131
Data: 30/04/2012
Seduta: 468 – 07/05/2012 06:00 PM

Titlu: kwestjoni dwar drone

L-Onorevoli CHARLES MANGION staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-drone li ġie rrapportat li kien qed idur fuq il-pajjiż riċentement kienx qed jagħmel din l-attività bil-permess tal-pulizija jew l-awtorità kompetenti? Tista’ persuna jew entità tispjuna fuq persuni mingħajr l-awtorizzazjoni minn awtorità kompetenti? Jekk l-ebda permess ma kien hemm għal dan id-drone spjuna x’passi ttieħdu kontra l-persuna li kisret il-liġi? Tista’ persuna mhix awtroizzata tiffilmja persuni oħra fil-proprjetà privata tagħhom?

Tweġiba:
Ninsab infurmat li la l-Pulizija u lanqas Transport Malta ma taw permess biex issir l-attivita li rrefera għaliha l-Onorevoli Membru. Ninsab infurmat ukoll li l-istess attività qed tiġi nvestigata mill-Kummissarju tal-Pulizija u li hija wkoll suġġett ta’ ilment imressaq quddiem il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. Għaldaqstant, irridu nistennew l-eżitu tal-investigazzjonijiet imsemmija.

You can follow any responses to this entry through the RSS feed. Both comments and pings are currently closed.

Twitter
Follow Us
Click On The Icons Below To Follow Us On Various Social Networks.
Latest Photos